Lokali Sport

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jiltaqa’ mal-klabb tar-Regatta tal-Birgu

Matul il-jum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kellu laqgħa mat-tim tal-Birgu tar-Regatta wara li f’Settembru li għadda kienu r-rebbieħa tar-Regatta.

Fil-fatt, id-distrett tal-Birgu rebaħ ir-Regatta propju wara 40 sena ta’ stennija.

Il-Ġimgħa waranofsinhar it-tim tal-Birgu żaru d-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, fejn wasslu ix-shield għand il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illi minn naħa tiegħu saħaq fuq l-importana li ngħożżu t-tradizzjoni u li nħeġġu aktar nies sabiex jipparteċipaw f’dan l-isport.

Dan filwaqt li aċċenna fuq l-importanza li aktar nisa jipparteċipaw fir-Regatta – attività li għandha rabtiet kulturali u li għadha popolari f’pajjiżna.

Għal din il-preżentazzjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Minister David Agius.