Lokali

Inizjattiva biex jikber l-għarfien dwar is-saħħa mentali

Is-saħħa mentali f’pajjiżna hija problema serja, u għalhekk kulħadd għandu jagħmel li jista’ sabiex nindirizza din ir-realtà.

Kien għalhekk li l-kumpanija tal-Maypole nediet strateġija, sabiex tqajjem aktar għarfien dwar is-Saħħa Mentali bil-għan li tonqos l-istigma assoċjata ma’ dawk li jitolbu l-għajnuna.

Fil-ħwienet kollha ta’ din il-kumpanija qed jiġu offruti basktijiet tax-xiri bil-helpline tas-saħħa mentali 1579 – dan filwaqt li f’kull ħanut se jkun hemm ukoll screen li kontinwament juri wkoll dan il-helpline.

Sebastian Debono, direttur fil-kumpanija, spjega li kulhadd għandu responsabbiltà sabiex jagħmel l-almu tiegħu ħalli jkun hawn għarfien akbar dwar is-saħħa mentali. U stqarr illi jixtieq li l-messaġġ jasal kemm jista’ jkun ma’ Malta kollha.