Lokali

It-Teatru Manoel iniedi l-istaġun il-ġdid b’71 produzzjoni

It-Teatru Manoel huwa bini storiku li ilu 300 sena jintuża għall-istess skop – joffri spettaklu lin-nies, u esebizzjonijiet ta’ mużika u arti performattiva.

Il-Ġimgħa filgħodu fetaħ uffiċjalment l-istaġun teatrali fit-Teatru Manoel, bi programm ta’ xogħlijiet artistiċi varji għall-gosti ta’ kulħadd.

Matul dan l-istaġun, il-proġett TOI–TOI li kien ġie imdieni fl-2011 se jerġa’ jkompli anke din is-sena, b’enfasi fuq il-promozzjoni tal-kultura Maltija u l-arti.

Dan it-Teatru storiku hu fost l-isbaħ fl-Ewropa …bid-direttur Artistiku Adrian Mamo jispjega l-kolaborazzjonijiet varji li qed isiru sabiex jissaħħaħ s-settur artistiku f’pajjiżna.

Adrian Mamo sostna wkoll li ser ikun hemm xogħlijiet varji indirizzati speċifikament lejn it-tfal. Dan sabiex minn ġenerazzjonijiet żgħar tibda timbet l-imħabba għat-teatru u għall-kultura.

Min naħa tiegħu ic-Chairman tat-Teatru Manuel Michae Grech sostna li l-programm għal dan l-istaġun huwa mimli b’diversi produzzjonijiet – min opra, għal musicals u kummidji, li b’kollox ilaħħqu il-71 produzzjoni li mistennija jittellgħu din is-sena.