L-Università ta’ Malta tofri edukazzjoni terzjarja lil madwar 12,700 student, li qed jistudjaw il-baċelerat u anka lil dawk li qed jistudjaw il-masters – valur edukattiv li jlaħħaq is-somma ta’ 150 miljun fis-sena li qed jingħata lura lis-socjeta taghna.
Kienet din ir-risposta li l-għaqda tal-Akademiċi fl-Università ta’ Malta tat lill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana wara li dan qal li l-Università trid ixammar il-kmiem u tiġenera dħul finanzjarju.
L-UMASA spjegat li l-edukazzjoni terzjarja titħallas mit-taxxi tal-poplu Malti u Għawdxi. U sostnew li fuq dan hemm qbil.
Però minn naħa tagħhom qed jistennew li l-Ministru ma jippruvax jikkundana lil Universita li din ma tiġġenerax flus biżejjed.
Fl-istqarrija intqal li l-Università fil-fatt tiġġenera 25 miljun ewro mill-edukazzjoni terzjarja li toffri lill-istudenti li mhumiex mill-Ewropa. Dan filwaqt li huwa stmat li l-125 miljun ewro l-oħra huma ekwivalenti f’valur li l-Universita tagħti lill-istudenti.
Punt ieħor li issema’ f’din l-istqarrija kien li l-ġenerazzjoni ta’ riċerka u proġetti li jsiru mill-akkademiċi u mill-ħaddiema l-oħra tal-Università ta’ Malta jġibu ħafna fondi lejn l-Università. U dawn l-istess fondi jservu sabiex l-Università ta’ Malta tkun fost l-aqwa Univeritajiet fid-Dinja.
Dan l-attakk ta’ Clyde Caruana fuq l-Universita ma kienx każ iżolat. Dan hekk kif ftit tas-snin ilu kien saħansitra naqqas il-Budget allokat lill-Univerista ta’ Malta.
//= $special ?>