Lokali

NIŻVELAW: Riżenja oħra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru

Samuel Livori huwa l-aħħar minn sensiela ta’ persuni illi irriżenjaw minn Kastilja.

Net News jinsab infurmat li Livori irriżenja aktar kmieni din il-ġimgħa.

Fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, hu kien jaħdem bħala Head of Marketing.

Dawn l-aħħar xhur ma kienu feliċi xejn għal Robert Abela, illi spiċċa tilef ħafna nies li kienu ilhom miegħu għal kważi 4 snin sħaħ. Iżda ħafna minn dawn iddeċiedew li jirriżenjaw.

Fil-każ ta’ Livori, mhux magħruf eżatt ir-raġuni wara d-deċiżjoni tiegħu.