Il-Belt a’ Beirut tinsab fi stat ta’ gwerra – dan wara li l-Iżrael kompla għaddej bl-attakki fuq il-Ħeżbollah, bil-Militar Iżraeljan iwissi lil dawk kollha residenti fl-akwati tan-nofsinhar tal-belt biex jevakwaw immedjatament.
B’kollox qed jiġi rrapportat li matul il-lejl kien hemm tnax-il attakk mill-ajru, bil-bumbardamenti jissoktaw anke mas-sebħ tas-Sibt filgħodu.
Ġurnalisti Lebaniżi saħqu li din hija realtà kiefra u issa b’mod uffiċjali l-Libanu sab ruħu fi gwerra wara li l-Iżraeljani mmexxija minn Benjamin Netanyahu ilhom jattakkaw lill-belt kapitali Lebaniża ta’ Beirut għal aktar minn ġimgħa.
Dan filwaqt li l-militar Iżraeljan kkonfermaw attakk fuq ċentru tal-Hezbollah f’moskea qrib ħafna ta’ sptar…f’Bint Jbeil, villaġġ fin-nofsinhar tal-pajjiż.
Intqal li tal-inqas 9 impjegati mediċi ġarbu xi ġrieħi madanakollu l-maġġoranza tal-pazjenti u impjegati laħqu ġew evakwati wara t-twissija Iżraeljana li saret ftit qabel.
Qed jiġi rrapportat ukoll li Iżrael irnexxielu joqtol ukoll mexxej tal-Ħamas li kien qed joqgħod fil-Libanu .
Min naħa l-oħra bħal issa il-Libanu qed taffaċja sfidi kbar ta’ ammonti ta’ refuġjati li qiegħdin jaħarbu mill-pajjiż, b’riżultat li l-awtoritajiet tilfu kull kontroll tal-eluf li qiegħdin jaħarbu, dan apġparti numru sostanzjali ta’ Palestinjani li sabu refuġju fil-Libanu wara li evakwaw mill-mhedda ta’ Gaza matul il-ġlied kontinwu bejn l-Iżrael u l-Ħama.
Min naħa tiegħu Il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, Filippo Grandi, żbarka f’Beirut is-Sibt waranofsinhar.
Hu Ippubblika fuq il-midja soċjali, jgħid li l-Libanu qed jiffaċċja kriżi ta’ refuġjati “terribbli”, b’nies li tħallew fil-bżonn anke saħansitra fl-Isptarjiet.
Aktar minn 1,110 persuna nqatlu fi strajks Iżraeljani mit-23 ta’ Settembru, skont l-awtoritajiet Lebaniżi, b’aktar minn 1.2 miljun persuna li kellhom jiċċaqalqu minħabba l-ġlied li għaddej.
L-Aħbarijiet immexxija mill-istat Lebaniż qalu li Iżrael laqat pjazza f’Bourj el Barajneh b’erba’ missili. Bourj el Barajneh huwa lokal b’popolazzjoni densa li fiha wkoll kamp tar-refuġjati Palestinjani.
//= $special ?>