Il-Ministru l-ewwel għamilha ta’ bir-ruħu li ma jafx b’dan l-iskandlu. Imbgħad qalilna li m’għandux updates. Imbgħad inħeba wara dawk li sejjaħ “esperti”. Imbgħad prova jgiddeb lil Net News – biex eventwalment spiċċa giddeb lilu innifsu meta ippubblika ittra illi turi biċ-ċar li l-parkeġġ li jinsab fil-basement taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi infetaħ mingħajr ma tpoġġew is-sistemi kollha ta’ sigurtà.
Wara li dan is-sit kixef bil-provi kif parti miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi qed tintuża minkejja t-tħassib espress dwar is-sigurtà ta’ dan il-post, il-Ministru prova jwaqqa’ din l-istorja ta’ Net News. Tant li ppubblika ittra fuq il-media soċjali – ittra li effettivament tgiddeb lill-istess Ministru tas-Saħħa.
Fil-fatt, din l-ittra tikkonferma dak li żvelajna lbieraħ dwar il-parkeġġ li għadu aċċessibbli f’dan iċ-Ċentru tas-Saħħa. Tant li anke l-Inġinier Johan Aloisio jgħid li għandha tiġi installata sistema ta’ sprinklers f’każ li jkun hemm xi nirien fil-basement.
Għal din ir-raġuni, jgħid l-inġinier, jeħtieġ assesjar tal-użu temporanju ta’ dan il-parkeġġ.
L-istess inġinier li kwota l-Ministru jgħid b’mod ċar li dan il-waiver – u allura din is-sistema temporanja – tiskadi sal-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Bħall-Ministru tas-Saħħa, anke l-media laburista – li fl-aħħar snin inqabdet għal aktar minn darba tippubblika fake news – provat timplika li din hija storja ivvintata. Meta fil-verità din l-ittra turi iswed fuq l-abjad li taħt iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Ħal Qormi ma ġietx installata din is-sistema ta’ sigurtà f’każ ta’ nirien.
U minħabba f’hekk, kellu jitpoġġa’ security mal-grada, li suppost għandu taħriġ f’każ ta’ nar.
Fuq Facebook, il-Ministru tas-Saħħa qal illi dan iċ-ċertifikat jindika li l-carpark tal-Health Centre f’Ħal Qormi mgħasses tajjeb, tant li ma jaħsibx li hawn carparks mgħassin daqsu f’Malta! B’Abela ma jgħid xejn dwar il-fatt li infetaħ mingħajr ma kellu s-sistemi kollha tas-sigurtà fil-post.
//= $special ?>