Żgħażugħ minn San Ġwann kien arrestat mill-Pulizija wara li allegatament wettaq hit and run fis-sigħat bikrin tas-Sibt filgħodu f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4:00 tas-Sibt filgħodu meta l-Pulizija kienet infurmata li kienet imtajra persuna fi Triq id-Dragunara f’San Ġiljan.
Mill-ewwel investigazzjonijiet rriżulta li l-vittma kienet mara ta’ 30 sena, residenti Ħal Għaxaq, li proprju intlaqtet mill-vettura – li sussegwentament baqgħet sejra.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lill-mara l-Isptar Mater Dei sabiex
tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, hi ġiet ċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
Ftit tal-ħin wara nstabet vettura tal-għamla Toyota Vitz li allegatament kienet involuta fl-inċident. Fejn eventwalment, iż-żagħżugħ ta’ 26 sena kien arrestat.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia li fetaħ inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>