“Bernard Grech huwa l-politiku li qed iġib il-bidla.”
Dan intqal minn Martina Caruana, eks President tar-Riċerka Politika tal-Partit Nazzjonalista, waqt l-attività organizzata dalgħodu fiż-Żejtun mill-Partit Nazzjonalista.
Fl-intervent tagħha, Martina Caruana faħħret il-valuri ta’ impenn, trasparenza, u integrità li Bernard Grech ġab miegħu matul dawn l-erba’ snin bħala Kap tal-Partit. Hi semmiet ukoll l-involviment ta’ aktar nies ġodda fil-politika bħala indikazzjoni ċara ta’ bidla pożittiva.
Hi faħħret lil Bernard Grech talli wera determinazzjoni u sagrifiċċju biex ixpruna l-Partit Nazzjonalista ‘l quddiem, u dan irriżulta f’kambjamenti importanti li se jwasslu għal suċċessi futuri.
Hi għalqet l-intervent tagħha billi awgurat lill-Kap tal-PN, filwaqt li qalet li hija kburija b’dak li kiseb s’issa.
Din il-ġimgħa immarka r-4 anniversarju ta’ Bernard Grech fit-tmexxija tal-PN.
//= $special ?>