Lokali

“Bil-perserveranza, taħt Gvern Nazzjonalista kulħadd jimxi ‘l quddiem” – Bernard Grech

Bil konvenzjoni, bil-pereseveranza nibqgħu nimxu l-quddiem biex malta timxi l-quddiem

Hekk wiegħed il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech il-Ħadd filgħodu waqt attivita fiż-Żejtun fejn sostna li l-Partit Nazzjonalista fil-Gvern jara li kulħadd jimxi ‘l Quddiem.

Grech saħaq li illum l-Partit Nazzjonalista jinkludi persuni ta’  ħafna esperjenzi kif ukoll persuni ġodda.

Sostna li l-grupp Parlamentari Nazzjonalista huwa grupp magħqud, dan b’kuntarrju għal Gvern Labursta li tilef il-moralita.

Stqarr li dwar l-abord kulħadd jaf fejn qiegħed mal-Partit Nazzjonalista, dan għax il-valuri tal-Partit ma jinbidlux skont kif jaqbel.

Bernard Grech fakkar kif kien Gvern Nazzjonalista li għamel minn kollox biex iġib il-flus misruqa minn Vitals u sostna li l-Gvern ta’ Robert Abela huwa Gvern li ħela l-flus f’deal frawdalenti , waqt li fil-preżent qed jaqgħlaq idejħ mal-letturi tal-MCAST.

Dwar l-ekonomija Grech saħaq li hemm bżonn mudell ekonomiku u soċjali ġdid.

Dan filwaqt li tenna li l-imsieħba soċjali kollha inkluż il-GWU jaqblu li l-COLA ma għandix tiġi intaxxatta.

Spjega li hemm ġenituri li għandhom tfal b’diżabbilta u għalhekk dawn il-ġenituri taħt Gvern Nazzjonalista  jkollhom żieda addizjonali fiċ-childrens Allowance. Sostna wkoll li li Partit Nazzjonalista fil-Gvern se jkun qed inaqqas il-parent rate.

Fakkar li kien Gvern Nazzjonalista li introduċċa l-penzjonijiet… u issa wasal iż-żmien li l-penzjonanti jingħataw iżjed.