It-tennisti Carlos Alcaraz u Jannik Sinner irnexxielhom javvanzaw għal mal-aħħar 16 fil-Masters ta’ Shanghai.
Iż-żewġ tennisiti kellhom partita diffiċli. Alcaraz għeleb lil Yibing Wu 7-6 6-3 filwaqt li Sinner għeleb lil Tomas Martin Etcheverry 6-7 6-4 6-2.
Sinner qal li kienet partita diffiċli meta f’mument deċiżiv mar 4-2 fil-vantaġġ. Sinner rebaħ sitt titli din is-sena fosthom żewġ Grand Slams. Hu jinsab ukoll investigat mill-Aġenzija Dinjija ta’ kontra d-Doping hekk kif irriżiulta darbtejn pożittiv għal sustanza lleċita.
Alcaraz minn naħa l-oħra wkoll sab diffiċli l-isfida ta’ Wu li jinsab fil-560 post tar-ranking u kien ukoll qed jilgħab quddiem il-pubbliku Ċiniż. Alcaraz mar 4-2 fil-vantaġġ iżda Wu rnexxielu jirkupra tajjeb u jidħol fil-partita.
Daniil Medvedev ukoll avvanza meta għeleb lil Matteo Arnaldi f’sagħtejn u 44 minuta bil-punteġġ ta’ 5-7 6-4 6-4.
//= $special ?>