Futbol Sport

Dani Carvajal se jitlef il-bqija tal-kampjonat wara injury fl-irkoppa

(Ritratt: EPA)

Id-difensur ta’ Real Madrid, Dani Carvajal se jkun qed jitlef il-bqija tal-kampjonat wara li weġgħa rkopptu fir-rebħa li Real Madrid kisbu kontra Villarreal.

F’post fuq il-midja soċjali tiegħu, id-difensur ta’ 32 sena kkonferma li sofra injury fil-ligaments ta’ rkopptu. Il-kowċ ta’ Real Madrid Carlo Ancelotti qal li hu flimkien mal-plejers jinsabu mnikkta bl-injury tiegħu.

Fis-sajf li għadda Carvajal rebaħ il-Kampjonati Ewropej ma’ Spanja u ftit ġimgħat qabel rebaħ ukoll il-UEFA Champions League ma’ Real Madrid.

It-tim mill-kapitali Spanjola, kkonferma wkoll li l-attakkant Brażiljan Vinicius Junior sofra injury f’għonqu u se jkun qed jistrieħ fil-ġimgħat li ġejjin sabiex ikompli jirkupra.