Lokali

Dimostrazzjoni fil-Belt Valletta biex titfakkar sena mill-kunflitt f’Gaża

Il-Ħadd wara nofsinhar, filDimostrazzjoni fil-Belt Valletta biex titfakkar sena mill-kunflitt f’Gaża-Belt Valletta, diversi attivisti u organizzazzjonijiet inġabru quddiem il-Parlament biex ifakkru sena mill-kunflitt f’Gaża. L-attività,organizzata minn Moviment Graffitti, l-Ambaxxata tal-Palestina f’Malta, u gruppi oħra, kienet waħda ta’ riflessjoni u solidarjetà.

Matul l-avveniment, xi parteċipanti ġarrew kartelluni u banners li jesprimu l-appoġġ tagħhom għall-vittmi tal-kunflitt f’Gaża. Kien hemm diskorsi minn rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet li sejħu għal għarfien dwar il-konsegwenzi tal-gwerra fuq il-popolazzjoni ċivili u għal aktar azzjoni favur il-paċi.

Intant, Andre Callus, membru ta’ Moviment Graffitti, waqt id-dimostrazzjoni, ikkritika lill-Prim Ministru Robert Abela talli għadu ma rrikonoxxiex lill-Palestina bħala stat. Din il-kritika waslet wara li Abela, waqt intervista il-Ħadd filgħodu stess, qal li Malta se tirrikonoxxi l-istat Palestinjan “meta jasal iż-żmien”. Abela kien diġà qal f’Marzu li l-Palestina se tiġi rrikonoxxuta, iżda dan għadu ma sarx.

L-attivisti sostnew li l-Gvern Malti għandu juri aktar kuraġġ u jieħu pożizzjoni aktar deċiżiva favur ir-rikonoxximent immedjat tal-istat Palestinjan, minflok jibqa’ jillibera.

L-attività temmet bi stedina lill-pubbliku biex jibqa’ konxju tal-konsegwenzi umanitarji tal-kunflitti fil-Gaza u juri solidarjetà mal-vittmi.