“Il-pajjiż jeħtieġ strateġija u viżjoni fit-tul” – dan kien il-messaġġ ewlieni li Matthew Bonello, konsulent finanzjarju, għadda waqt il-kummenti tiegħu fl-attività politika fiż-Żejtun, organizzata mill-Partit Nazzjonalista.
Bonello saħaq li f’dan iż-żmien ta’ teknoloġija avvanzata hemm bżonn ta’ taħriġ speċjalizzat biex in-nies ikunu mħejjija għall-industriji li għandhom bżonn ħaddiema b’ħiliet ġodda.
Bonello wkoll wissa dwar it-telf ta’ talent lokali, dan hekk kif l-aħjar imħuħ Maltin qed jagħżlu li jaħdmu barra mill-pajjiż. Stqarr li din hija sfida li l-pajjiż irid jindirizza għax ma jaffordjax jitlef dan il-potenzjal.
Hu temm billi qal li Malta tista’ tkun f’pożizzjoni ferm aħjar jekk ikollha strateġija ċara u fit-tul.
//= $special ?>