Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, waqt l-intervent tiegħu fil-Maratona Ġbir ta’ Fondi spjega kif il-Partit Nazzjonalista qiegħed kontinwament jiltaqa’ mal-korpi kostitwiti, il-kumpaniji u fuq kollox mal-familji sabiex jisma xi jrid il-poplu.
Dak li l-Partit Nazzjonalista kiseb fid-9 ta’ Ġunju, kompla jgħid Perici Calascione, żera tama ġdida u għalkemm l-isfidi għadhom kbar, it-tama tnissel sens ta’ fiduċja li kollox hu possibli.
Perici Calascione tenna wkoll li għal Partit Nazzjonalista l-iżvillup sħiħ tal-persuna huwa l-prijorità assoluta tal-Partit Nazzjonalista.
Temm jgħid li l-Maratoni huma mportanti biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jwassal il-messaġġ tiegħu, dan filwaqt li stieden in-nies biex jersqu viċin ħalli flimkien il-Partit Nazzjonalista u l-poplu jkomplu jfasslu l-futur.
//= $special ?>