Lokali

Il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista

Ingħata bidu għall-Maratona Ġbir ta’ Fondi fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’tal-Pietà, permezz tad-diskors tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino u s-Segretarju Organizzattiv Stefan Caruana.

Waqt din il-Maratona Ġbir ta’ Fondi l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jerġa’ jdur lejn in-nies sabiex jiġbor fondi importanti ħafna, li tant huma meħtieġa kemm għall-Partit Nazzjonalista kif ukoll għall-media tal-Partit.

Din il-maratona hija waħda importanti ħafna għaliex permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista jista’ jkompli jwassal il-viżjoni tiegħu propju ftit jiem qabel il-budget 2025.

Il-preżentaturi tal-ftuħ tal-Maratona huma Charles Camenzuli u Paula Briffa.

Waqt din il-maratona mhux se jonqos id-divertiment hekk kif il-kantanti Vince Fabri, Nicole Mazzitelli, Priscilla Psaila, Mike Spiteri, Aldo Busuttil, Rita Pace, kif ukoll Malcolm Pisani se jkunu qed jagħtu l-kontribut tagħhom.