Lokali

“Int tista’ tgħin lill-Partit Nazzjonalista” – Bernard Grech

Waqt din il-Maratona Ġbir ta’ Fondi hawn sens ta’ kommunita. Int tista’ tgħin lill-Partit Nazzjonalista.

Kien dan il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi li bdiet aktar kmieni illum fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, fejn kompla jgħid li l-Partit Nazzjonalista huwa l-partit li jgħinek timxi ‘l quddiem.

Bernard Grech spjega wkoll li meta l-Partit Nazzjonalista jkun maqgħqud dan issarraf f’għajnuna kbira lil dawn kollha li jagħmlu parti minnu.Dan hekk kif illum iktar minn qatt qabel il-Partit Nazzjonalista huwa l-Partit li dan il-pajjiz għandu bzonn.