Internazzjonali

Iżrael: Attakkati f’ċentru kummerċjali ta’ Beersheba

Raġel armat, ftit tal-ħin ilu, attakka lin-nies li kienu f’venda għall-karozzi tal-linja f’Beersheba, fin-Nofsinar ta’ Iżael.

L-attakk seħħ f’zona mimlija bir-ristoranti u l-ħwienet u bir-riżultat li mara tilfet ħajjitha – b’għaxra oħra jisfaw midruba,

L-aggressur inqatel fuq il-post minn persuni – x’aktarx li pulizija – li fetħu n-nar għal fuqu u meta d-dettalji għadhom deħlin anki issa.

Jidher, intant, li l-aggressur kien militanti ma’ grupp armat tal-Palestinjani u li għalissa għadu mhux identifikat — bl-investigazzjonijiet qed ikomplu.