Din il-Maraona Ġbir ta’ Fondi għandha l-għan li issaħħaħ il-Partit Nazzjonalista.
Kien dan il-messaġġ li wassal is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino fil-ftuħ tal-Maratona Ġbir ta’ Fondi li bdiet il-Ħadd fit-3 ta’ waranofinar.
Piccinino spjega kif fil-fatt rajna lil Partit Nazzjonalista jissaħħaħ fl-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju fejn il-Partit Nazzjonalista kiseb l-aqwa riżultati fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Filwaqt li żied il-maġġoranza f’numru kbir ta’ lokalitajiet.
Is-Segretarju Ġnerali stqarr li anka l-media tal-Partit Nazzjonalista kisbet riżultati pożitivi, fejn Net Tv ġie kkonfermat bħala l-iktar stazzjon privat segwiet, waqt li Net FM saħħaħ postu bħala 3 l-iktar stazzjon segwiet.
Kien hawnhekk fejn Piccinino rringrazzja lil ħaddiema u l-voluntiera li jaħdmu mal-Partit Nazzjonalista.
Stefan Caruana s-Segretarju Organizzativ tal-Partit Nazzjonalista kompla ma’ dak li qal Micheal Piccinino u sostna li r-riżultati tal-aħħar sondaġġi jagħtu kuraġġ kbir lil Partit Nazzjonalista.
Il-Maratona Ġbir ta’ Fondi tiġi fi tmiemha l-Ħadd għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija.
//= $special ?>