Jinġabru €301,039.
Din kienet is-somma finali miġbura mill-Partit Nazzjonalista waqt il-maratona tal-Ħadd bit-tema ‘il Quddiem, maratona organizzata fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista sabiex jissaħħaħ il-messaġġ li jitwassal għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.
Matul il-maratona f’intervista li saret lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech insista li jekk il-poplu jixtieq Gvern u Stat ħieles mix-xibka tal-korruzzjoni għandu jissieħeb ma’ din il-familja li lesta tikseb suċċessi kbar bil-għan li tagħmel ġieħ għal pajjiżna.
Bernard Grech insista li Gvern Nazzjonalista se jkun qiegħed jaħseb għall-ġenituri, studenti, romol u pensjonanti filwaqt li insista li mhux talli se jkun qiegħed inaqqas il-aprent rate iżda anke titwal.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista insista li Gvern tal-Labour ma ħax ħsieb il-kwalità tal-ħajja tul dawn l-aħħar 11-il sena iżda tmexxija li żiedet bil-kbir il-popolazzjoni mingħajr ma investa b’mod adegwat fl-infrastruttura.
Bernard Grech finalment irringrazzja lit-telespettaturi u semmiegħa tal-media ta’ Net Media fejn insista li huma parti mis-suċċess tal-midja tal-Partit Nazzjonalista.
Intant aktar kmieni, fil-ftuħ ta-Maratona Ġbir ta’ Fondi s-Seretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalisa Michael Piccinino qal li din il-Maraona Ġbir ta’ Fondi għandha l-għan li issaħħaħ il-Partit Nazzjonalista.
Piccinino spjega kif fil-fatt rajna lil Partit Nazzjonalista jissaħħaħ fl-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju fejn il-Partit Nazzjonalista kiseb l-aqwa riżultati fl-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.
//= $special ?>