Milan sofrew telfa ta’ 2-1 kontra Fiorentina. Fiorentina b’ċans li jmorru fil-vantaġġ fit-22 minuta, b’Moise Kean ifalli l-penalty. Il-Viola iżda marru fil-vantaġġ fil-35 minuta permezz ta’ Yacine Adli. L-istess bħal Kean Theo Hernandez u Tammy Abraham fallew il-penalties tagħhom li kienu salvati minn David De Gea. Milan iżda ġabu l-iskor indaqs fis-60 minuta permezz ta’ Christian Pulisic. Il-Viola għal darb’oħra marru fil-vantaġġ fit-73 minuta permezz ta’ Albert Gudmundsson bl-iskor isir 2-1 u hekk jibqa sat-tmiem.
Juventus kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Cagliari. Juventus fil-vantaġġ wara kwarta logħob permezz ta’ penalty ta’ Dusan Vlahovic. Fit-88 minuta Razvan Marin għamilhom 1-1 minn penalty ukoll. Lejn it-tmiem għal Juventus tkeċċa Francisco Conceicao.
Bl-istess riżultat intemm il-konfront bejn Monza u Roma. Artem Dovbyk skorja għal Roma wara 61 minuta filwaqt li disa’ minuti wara ġab l-iskor indaqs Dany Mota.
Lazio kisbu rebħa diffiċli ta’ 2-1 fuq Empoli. Empoli fil-vantaġġ wara disa’ minuti permezz ta’ Sebastiano Esposito. Mattia Zaccagni ġab l-iskor indaqs qabel il-mistrieħ bil-gowl tar-rebħa jasal sitt minuti mit-tmiem permezz ta’ Pedro.
//= $special ?>