Lokali

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fi Qui Si Sana

Raġel l-identità tiegħu sat-Tnejn filgħodu għadha mhux identifikata kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ fuq il-blat f’Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fl-inħawi ta’ Qui Si Sana għal xi raġuni r-raġel waqa’ għal fuq il-blat fejn minnufih ġew imsejħa uffiċjali tal-pulizija flimkien ma tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji.

Filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa, kelliema għall-korp saħqu ma’ Net News li s’issa għadha ma ġietx maħtura inkjesta maġisterjali.