Lokali

Raġel iġarrab ġrieħi wara li waqa’ f’Tas-Sliema

Raġel kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ fuq il-blat f’Tas-Sliema.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħaxija fi Triq it-Torri meta għal xi raġuni raġel li s’issa l-identità tiegħu mhux magħrufa waqa’ għal fuq il-blat fejn minnufih ġew imsejħa uffiċjali tal-pulizija flimkien ma tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.