Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-11:30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Antnin, Marsaskala.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li raġel ta’ 64 sena, residenti Marsaskala ntlaqat minn van Ford Transit li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 49 sena residenti l-Fgura.
Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>