Edukazzjoni Lokali Transport

Studenti Għawdxin jilmentaw minħabba servizz diżastruż tal-linja lejn l-Università

Bosta studenti Għawdxin qed jitħallew iżolati minħabba problemi kbar fit-trasport pubbliku, hekk kif ir-rotta 300 minn Lascaris sa Mater Dei – li suppost tgħaddi darba kull siegħa – mhix qed tgħaddi fil-ħin.

Dan in-nuqqas ma seħħx darba biss. Fil-fatt, Net News huwa infurmat li l-istudenti Għawdxin tħallew l-art erba’ darbiet fl-ewwel ġimgħatejn tas-sena akkademika. Biex b’hekk, wara li niżlu mill-fast ferry, ħafna minnhom spiċċaw kellhom jaqbdu taxi jew cabs sabiex jilħqu l-lectures fl-Università.

Apparti s-servizz tal-karozza tal-linja, l-app tat-Transport Malta ukoll qed ikollha problemi. U xi ftit mill-funzjonijiet waqfu jaħdmu.

Dan qed iħalli studenti u ħaddiema mingħajr mezzi ta’ trasport lejn iz-zona tal-Università u Mater Dei.