Sport

Coco Gauff tirbaħ l-Open taċ-Ċina

In-numru sitta fid-dinja Coco Gauff tal-Istati Unii ddominat lill-player Ċeka mhux seeded Karolina Muchova biex rebħet l-Open taċ-Ċina li kien it-tmien titlu WTA tal-karriera u l-ewwel wieħed għal din is-sena.

Coco Gauff ta’ 20 sena rebbieħa tal-Open tal-Istati Uniti fl-2023, iddominat għal kollox il-finali kontra Muchova fejn wara li rebħet l-ewwel set  6-1 fin-nuqqas ta’ ebda reazzjoni minn Muchova, Gauff rebħet it-tieni set 6-3 f’finali li damet biss siegħa u 17-il minuta.

Muchova numru 49 tad-dinja, li kienet klassifikata fit-tmien post qabel, kienet għelbet lill-aqwa seed Aryna Sabalenka u ċ-champion Olimpika Zheng Qinwen fir-rawnds preċedenti.

Gauff irringrazzjat ukoll lill-kowċ il-ġdid tagħha Matt Daly wara li temmet is-sħubija tagħha ma’ Brad Gilbert ix-xahar li għadda meta kienet eliminata mir-raba’ round tal-US Open.