Huwa kruċjali li l-Gvern ma jibqax jaħbi l-informazzjoni u ma jweġibx domandi Parlamentari. Dan hekk kif illum se jkun qed jinħatar Leader of the House ġdid – li mistenni jkun id-Deputat Prim Ministru Ian Borg.
Dwar dan kollu tkellem il-PN, f’konferenza tal-aħbarijiet li saret illum indirizzata mill-Whip tal-PN Robert Cutajar u l-Assistent Whip Paula Mifsud Bonnici.
Il-kelliema appellaw lil Ian Borg sabiex ibiddel l-attitudni li ħa l-Gvern fl-aħħar snin, u l-Gvern jibqa’ tassew jirrispetta lill-għola istituzzjoni tal-pajjiż.
Il-PN fakkar fid-diversi proposti li tressqu sentejn ilu, bil-għan li tissaħħaħ il-ħidma Parlamentari – inkluż bil-Prime Ministers Question Time, li jkun ħin ta’ domandi diretti lejn il-Prim Ministru kif isir fil-Parlament Ingliż kull nhar ta’ Erbgħa.
Il-PN qed jimbotta wkoll biex ikun hemm faċilitajiet ta’ child care għad-deputati u l-ħaddiema tal-Parlament.
//= $special ?>