Internazzjonali

Il-kantanta Madonna: Espressjoni ta’ mħabba għal ħuha wara diżgwid fit-tul dwar l-awtobiografija

–- Madonna

Il-kantanta veterana Madonna ħarġet messaġġ speċjali biex trodd ġieħ lil ħuha,  Christopher Ciccone, li  miet ftit tal-jiem ilu minn marda twila, fl-età ta’ 63 sena.

Il-messaġġ hu sinifikanit għaliex Madonna u Christopher Ciccione kienu ġġieldu sew bejniethom fl-2008 wara li hu ħareġ l-awtobiografija tiegħu bl-isem ‘Life With My Sister Madonna’ – ktieb li jiżvela dettalji tar-relzzjonijiet ta’ oħtu ma’ diversi rġiel minbarra l-esperjenzi ta’ xi tfisser il-ħajja bħala wieħed mill-impjegati ta’ Madonna.. Dawn ir-rakkonti li xejn ma niżlu tajjeb mal-kantanta.

Madankollu, Madonna llum qed tgħid li ħuha kien l-aktar persuna qrib tagħha għal ħafna snin u meta hu kien anki jmexxi t-tours tagħha madwar id-dinja. Michael Ciccione kien anki wieħed miż-żeffiena fuq il-videos ta’ wħud mill-ewwel kanzunetti ta’ Madonna, fosthom il-kanzunetta Lucky Star.

Intant, f’messaġġ fuq Instagram, Madonna, li llum għandha 66 sena, kitbet li għalkemm hi kellha relazzjoni xi ftit stramba ma’ ħuha, it-tnejn kienu jifmhu li kienu differenti minn xulxin u li l-imħabba bejn oħt u ħuha qatt ma naqset minkejja d-differenzi li kellhom.