Il-militar tal-Ukrajna kompla bil-mewġa tal-attakki fuq il-faċilitajiet tal-enerġija fil-Krimea li huma kontrollati mill-qawwiet Russi. U fl-aħħar sigħat spikka attakk partikulari fuq terminal kbir taż-ħejt ftit ‘il hinn mnn din il-penisola li hi okkupata mit-truppi tal-Kremlin u s-sostenituri armati tagħhom.
Sar magħruf li l-mira speċifika għall-attakk kien it-terminal ta’ Feodosia li hu l-akbar faċilità għall-ipproċessar taż-żejt fil-Penisola tal-Krimea.
Sadanittant, l-uffiċjali tar-Russja fil-Krimea kienu lesti jgħidu biss li ‘qabdu xi nirien fil-faċilità – u mingħajr ma konfermaw il-preċiżjoni tal-attakk. Lanqas ma ħarġu rapporti dwar xi vittmi b’konsegwenza tal-attakk u meta mifhum li n-nirien fit-terminal għadhom mhux ikkontrollati.
Min-naħa tagħha, ir-Russja qalet li l-qawwiet tagħha fil-Krimea waqqgħu l-maġġoranza tad-drones sparati sigħat ilu lejn il-Krimea, u fost l-attakki kontinwi tal-Ukreni.
Ir-Russja, fl-2014, kienet ħatfet illegalment il-Penisola tal-Krimea lill-Ukreni u għaqqditha mat-territorji kontrollati minnha. Sadanittant, il-mexxejja tal-Ukrajna qalu li l-attakk fuq it-terminal ta’ Feodosia hu sinifikanti għaliex il-kunsinni taż-żejt trasportati minn din il-faċilità qed jintużaw għall-ħtieġiet tal-militar Russu li għadu qed jokkupa t-territorji Ukreni.
L-Ukrajna qed tgħid ukoll li l-attakki fuq il-faċilitajiet tal-enerġija tar-Russi huma xierqa ladarba wieħed iqis l-impatt tal-attakki tar-Russi fuq l-istallazzjonijiet tal-enerġija fl-Ukrajna u bil-konsegwenza li l-miljuni tal-Ukreni spiċċaw kostretti li jqattgħu l-iljieli fid-dlam.
//= $special ?>