Il-gvern m’aċċettax li l-Parlament jieħu nofs siegħa mis-seduta biex fiha jsiru l-mistoqsijiet parlamentari u dawk supplimentari. Dan wara li l-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari, bejn l-4 pm u l-4.30 pm, ittieħed mill-Ispeaker għall-qari ta’ tliet rulings.
Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar ippropona li minħabba li kienet ittieħdet in-nofs siegħa kollha tal-mistoqsijiet parlamentari, il-gvern għandu jaqbel li din in-nofs siegħa tittieħed bejn l-4.30 pm u l-5 pm biex il-mistoqsijiet parlamentari ma jintilfux.
Il-Whip tal-Gvern Naomi Cachia, f’isem il-gvern, ma qablitx mal-proposta tal-Oppożizzjoni u għalhekk il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari ntilef.
//= $special ?>