Fl-ewwel seduta wara l-vaganzi tas-sajf, il-Parlament illum sellem lid-deputat Nazjonalista Karl Gouder u lill-Eks Ministru Laburista Joe Brincat li mietu fil-perjodu tal-vaganzi tas-sajf.
F’isem l-Oppożizzjoni, il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar ta l-kondoljanzi lill-familjari taż-żewġ deputati li mietu fl-aħħar ġimgħat; l-Eks Ministru Laburista Joe Brincat u l-Eks Deputat Nazzjonalista Karl Gouder. Ma’ dawn is-sentimenti ngħaqad ukoll il-gvern permezz ta’ dikjarazzjoni tal-Whip Laburista Naomi Cachia.
Kif isir is-soltu, f’seduti li se jsiru fil-ġimgħat li ġejjin, il-Parlament se jkun qed isellem lil dawn iż-żewġ deputati skont il-proċeduri parlamentari.
//= $special ?>