Is-7 ta’ Otturbu 2023 jibqa’ jitfakkar bħala jum iswed fl-istorja ta’ Iżrael. Dan hekk kif il-militanti tal-Hamas qasmu l-fruntiera minn Gaza u attakkaw diversi żgħażagħ li kienu qed jattendu party u familji sħaħ li jgħixu fin-nofsinhar ta’ Iżrael. Bir-ritaljazzjoni tkun waħda qawwija immens – tant li fi 12-il xahar ma waqfux ir-raids fuq Gaza.
F’dak il-jum ukoll, kienu bosta l-Iżraeljani li ttieħdu mill-Hamas bħala ostaġġi. Uħud minnhom għadhom miżmuma sallum fit-territorju Palestinjan.
Fil-jum li fih tfakkar dan l-anniversarju ikrah, l-armata Iżraeljana attakkat kemm Gaza kif ukoll il-kapitali Lebaniża Bejrut. Bi splużjonijiet qawwija jidwu matul il-lejl, sa kmieni dalgħodu.
Iżrael qed jgħid li r-raids laqtu postazzjonijiet tal-Hezbollah.
Fl-istess waqt, għaxar persuni sfaw feruti f’Iżrael wara li ġew sparati rokits minn naħa t’isfel tal-Libanu.
//= $special ?>