Tħabbret il-mewt tal-eks midfielder Olandiż, Johan Neeskens, fl-età ta’ 73 sena. Neeskens kien parti mill-iskwadri ta’ Ajax fl-era famuża tat-total football fl-1970.
Hu lagħab 49 darba għat-tim Olandiż u kien parti mill-iskwadra li waslu fit-tieni post tat-Tazzi tad-Dinja tal-1974 u l-1978. Hu għen lil Ajax jirbħu l-UEFA Champions League tliet darbiet u l-Kampjonat Olandiż darbtejn.
Apparti ma’ Ajax, Neeskens kien parti mill-iskwadra ta’ Barcelona fejn magħhom rebaħ ukoll il-Copa del Rey u t-Tazza tat-Tazzi Ewropea.
//= $special ?>