Lokali

Wara li ma ġietx eletta fl-MEPs… titpoġġa f’Bord tal-Gvern

Il-kandidata Laburista Marija Sara Vella Gafà tpoġġiet fuq il-Bord tal-Awtorità l-ġdida dwar il-Bidla fil-Klima. Fil-fatt hi se tkun waħda mid-Diretturi ta’ din l-awtorità governattiva.

Din l-awtorità ġiet imnedija uffiċjalment dalgħodu, wara li l-PN kien ilu żmien twil illi ressaq il-proposta biex titwaqqaf awtorità li tiffoka fuq dan il-qasam.

Vella Gafà spiċċat fuq dan il-Bord wara li f’Ġunju ma ġietx eletta fil-Parlament Ewropew f’isem il-Partit Laburista. U b’hekk, hi t-tieni kandidata tal-Labour – wara Steve Ellul – li ħadet job mal-Gvern.