Iċ-champions Floriana Ajax A kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tad-Darts meta għelbu lit-tieni tim tagħhom Floriana Ajax B 6-2. Anke Rosso 33 irreġistraw rebħa simili kontra Ħamrun Bayern, l-istess kif għamlu Birgu Boċċi Club A li għelbu lil Sliema Lounge A.
Mill-banda l-oħra, kien hemm id-dominju ta’ Juventutis Domus li għelbu lil Żejtun Laċċi Maypole 8-0.
Fit-tieni diviżjoni, kien hemm rebħiet identiċi ta’ 5-3 għal Top Gun, Birgu Boċċi Club B u Żejtun Band Club li għelbu lil Żejtun Laċċi Reds, PO’s Bar u Beland rispettivament.
Mill-banda l-oħra, Duke’s A għelbu lil Cox’s Bar 6-2.
Fit-tielet diviżjoni, kien hemm dominju minn MMG Darts Team u Titans Tal-Balklor li għelbu bl-iskor identiku ta’ 7-1 lil Tal-Ġilju u Duke’s B rispettivament.
Sliema Lounge B għelbu lil Nicolo Isouard 6-2 filwaqt li Munchies ħadu wkoll l-ewwel tliet punti staġjonali wara skor ta’ 5-3 kontra Żurrieq FC Darts Club.
//= $special ?>