Erba’ rġiel u mara wieġbu mhux ħatja ta’ traffikar ta’ droga wara rejds li saru milll-Pulizija li rkupraw 14-il kilo ta’ droga f’rejds fuq proprjetajiet f’Marsaskala u Ħaż-Żabbar. Huma ġew mixlija wara li operazzjoni koordinata tal-Iskwadra tad-Droga wasslet għall-qbid ta’ 7 kilos kokaina u 7 kilos cannabis minn numru ta’ proprjetajiet. Huma nżammu arrestati fejn lanqas saret talba mill-avukati tagħhom għall-pleġġ.
Nikola Vujakovic, xufier tat-taxi ta’ 36 sena mis-Serbja; Salvatore Rogazione, negozjant ta’ 37 sena minn Sqallija; Aleksandar Vujakovic ta’ 34 sena mill-Kroazja; il-fattiga Sara Lerinc ta’ 22 sena mis-Serbja, residenti f’Ħaż-Żabbar; u Goran Davkovski ta’ 54 sena mill-Maċedonja; tressqu quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia t-Tlieta, akkużatu b’reati ta’ traffikar ta’ droga u ħasil ta’ flus.
Aleksandar Vujakovic u Rogazione rrifjutaw li jwieġbu għall-mistoqsijiet dwar l-indirizz tagħhom. L-avukati tagħhom argumentaw li kienu qed jeżerċitaw id-dritt għas-silenzju u ma kellhomx għalfejn jiġġustifikaw dan.
L-Avukat Charles Mercieca qal lill-Qorti li Davkovski ma kienx se jwieġeb l-ebda mistoqsija tal-Qorti. Kollha wieġbu mhux ħatja tal-akkużi. L-Ispettur Mark Mercireca qal lill-Qorti li xi xhur qabel l-operazzjoni, il-Pulizija kienet irċeviet informazzjoni dwar gang Serbjan f’Malta li jista’ jkun involut fi traffikar ta’ droga, pussess ta’ armi u dokumenti foloz.
Nikola Vujakovic ġie identifikat l-ewwel, bil-Pulizija jiskopru li kien jgħix Ħaż-Żabbar mat-tfajla tiegħu, Lerinc, iżda kien imur f’diversi residenzi oħra matul il-ġurnata. Huwa kien osservat li jagħmel użu minn diversi vetturi u proprjetà f’Marsaskala.
L-ewwel sorveljanza kkonfermat li l-akkużati kienu se jużaw kemm il-proprjetajiet ta’ Ħaż-Żabbar, ta’ Marsaskala kif ukoll iżuru diversi stabbilimenti kummerċjali f’din l-aħħar belt. Fil-5 ta’ Ottubru 2024, il-Pulizija kienet bdiet operazzjoni ta’ sorveljanza mmirata lejn il-grupp biex tikkonferma l-informazzjoni li rċevew.
Leric kienet tgħix Marsaskala, qal l-ispettur. Volvo misjuqa minn Nikola Vujakovic u żewġt irġiel oħra, ġiet osservata ħierġa mir-residenza tiegħu ta’ Ħaż-Żabbar u saqet lejn għalqa fil-viċin li fiha ġew mormija numru ta’ vetturi abbandunati.
Huwa kien osservat joħroġ borża mill-Volvo tiegħu u jimlieha b’oġġetti li kienu mwaħħlin f’waħda mill-vetturi abbandunati, Peugeot. Imbagħad deher isuq lejn Bahar iċ-Ċagħaq, u kien segwit mill-Pulizija, iżda ntilef fit-traffiku ftit wara.
Il-Peugeot, li kienet irreġistrata fuq raġel ieħor, li tpoġġa wkoll taħt sorveljanza. Fis-6 ta’ Ottubru, Nikola Vujakovic deher jersaq lejn il-Peugeot fuq mutur b’Lerinc maġenbu. Hu ħareġ xi ħaġa mill-Peugeot u poġġieha f’borża. Wara saq lejn dar f’Marsaskala u ħareġ il-borża barra.
Raġel, aktar tard identifikat bħala Rogazione, deher imbagħad jiġbor il-borża. Il-kontenut tal-borża ġie identifikat mill-Pulizija bħala blokk ta’ dak li deher li kien kokaina. Rogazione ġie arrestat flimkien mat-tfajla tiegħu.
Vujakovic u Lerinc ġew arrestati wkoll ftit wara. Tfittxija fir-residenza wasslet biex ġie irkuprat qartas wieħed ta’ kokaina flimkien ma’ ammont żgħir ta’ cannabis u arma tan-nar li bħalissa qed tiġi ttestjata għall-funzjonalità kif ukoll magna li tgħodd il-flus.
Diversi mowbajls u mwieżen diġitali ġew skoperti bi flus kontanti, ġewwa l-karozza u nstabu ‘l fuq minn €14,000 ġewwa l-glove compartment. Vujakovic kien qed iġorr €3,600 fi flus kontanti fil-kartiera tiegħu fil-ħin tal-arrest tiegħu.
Fir-residenza nstabu wkoll ċwievet għal diversi vetturi. Vujakovic qal lill-Pulizija li kien biss ftit ilu li xtara waħda mill-karozzi, li fiha kien skopert ammont kbir ta’ cannabis, iżda l-Pulizija qalet li kien deher kemm-il darba jaċċessaha fil-jiem ta’ qabel.
Davkovsky ġie arrestat fil-propjetà ta’ Marsaskala. Huwa kien ipprova jitlaq mill-proprjeta’ meta waslu l-Pulizija, qal l-ispettur, li żied jgħid li hu kien iddikjara li kien fattiga. Ġewwa d-dar instabu blokki ta’ kokaina fi stati varji ta’ preparazzjoni, huwa qal.
B’kollox instabu madwar 7kg cannabis u 7kg kokaina. F’kull residenza li ġiet imfittxija, il-Pulizija kienet sabet ukoll dokumenti li huma ssuspettati li kienu ffalsifikati u issa qed jiġu analizzati.
Il-Qorti imponiet ordnijiet ta’ ffriżar fuq l-assi kollha li jappartjenu lill-konvenuti, li d-difiża rreġistrat oġġezzjonijiet għalihom.
L-Avukat Franco Debono Alfred Abela u Rene Darmanin dehru għal Aleksandar Vujakovic u Nikola Vujakovic u Lerinc. L-Avukat Charles Mercieca assista lil Davkovski. L-Avukat Julia Micallef Stafrace dehret għal Rogazione bħala avukat tal-għajnuna legali. Il-Prosekutur Maria Francesca Spiteri assistiet lill-Ispetturi Mark Mercieca, Jonathan Cassar, Jonathan Pace u Oscar Baldacchino.
//= $special ?>