II-Malta Taekwondo Federation ħadet sehem għat-tieni darba mill-2018, fil-Junior Taekwondo World Championships li saru fil-Korea, b’parteċipazzjoni minn Michela Scerri fil-kategorija 42 kilo.
Din kienet it-tieni parteċipazzjoni Maltija f’dawn il-kampjonati li saru f’Songam Town Air Dome, f’Chunchcon, fil-Korea, wara l-edizzjoni tal-2018 f’Hammamet fit-Tuneżija. Fil-Korea, Michela Scerri fl-ewwel kumbattiment għelbet 2 – 0 lil Maria da Carmo Silva tal-Portugall. Din kienet l-ewwel rebħa għal Malta f’kompetizzjoni ta’ dan il-livell. Fir-rawnd ta’ wara f’konfront miftuħ għal kull riżultat, Michela Scerri sfat megħluba minn Valeriya Khegay tal-Uzbekistan.
Għal dawn il-kampjonati Michela Scerri kienet flimkien mal-kowċ nazzjonali Ditmir Vodinaj u kien immexxi mill-President Anna Vassallo flimkien mas-Segretarja Ġenerali tal-Federazzjoni Joanne Scicluna.
Waqt l-istess kampjonati, Anna Vassallo kienet eletta bħala Viċi President fil-World Taekwondo Commonwealth Federation fejn Ha Ki-Seung tal-Kanada kien elett bħala President.
//= $special ?>