Għal darb’oħra l-kunsillieri tal-Lokalità ta’ Birkirkara ma waslux għal qbil.
Dan wara li aktar kmieni l-kunsilliera kellhom jivvutaw min se jkun qiegħed jinħatar Sindku tal-lokalità wara li l-Partit Nazzjonalista ġab maġġoranza relattiva f’Birkirkara, bl-akbar ammont ta’ voti għall-PN jinkiseb mill-kandidata Desirei Grech.
Għaldaqstant, minħabba li kemm Yana Borg Debono Grech u Grech spiċċaw b’ammont ta’ voti ugwali, hu għalhekk li se jkun qed jittieħed vot ġimgħa oħra.
Il-Kunsillier Indipendenti Kaylovck Buhagiar ma vvota għal ħadd.
Wara dan il-vot, Desirei Grech li serviet bħala Sindku bejn Lulju u Settembru, qalet li Birkirkara jixirqilha stabbiltà. Birkirkara jixirqilha hames snin li matulha tkun rispettata r-rieda tal-mġġgoranza tal-Karkariżi.
//= $special ?>