Ma jaqtgħu xejn il-laqgħat tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech maż-żgħażagħ, hekk kif matul il-jum hu żar l-MCAST ta’ Raħal Ġdid waqt il-qofol tal-attivitajiet ta’ Freshers Week.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem mal-istudenti, l-għaliema, kif ukoll id-diversi NGO’s u kumpaniji li kienu preżenti – fejn saħaq li għal kuntlarju tal-Gvern ta’ Robert Abela l-letturi għall-Partit Nazzjonalista huma prijorità; għax huma wieħed mill-akbar riżorsi tal-pajjiż.
Bernard Grech sostna li l-edukazzjoni tibqa’ essenzjali sabiex toħloq impjiegi ta’ kwalità.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista sema’ l-esperjenzi ta’ diversi studenti li għaddejin mill-apprentistat waqt li jkunu qed jistudjaw. B’uħud minn dawn l-apprentisti tant ikunu ta’ suċċess li malli l-istudenti jispiċċaw l-istudji tagħhom jagħżlu li mill-ġdid jirritornaw ma’ dawn il-kumpaniji jew l-NGOs biex jaħdmu magħhom.
Bernard Grech stqarr li kien ta’ pjaċir għalih li jiltaqa’ mal-istudenti u jara l-entużjażmu tagħhom.
Freshers Week fl-MCAST ta’ Raħal Ġdid se jkompli sal-Ebgħa, filwaqt li l-Ħamis Freshers Day se ssir fl-MCAST tal-Mosta u l-Ġimgħa f’Għawdex.
Għal din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Ministers Charles Azzopardi, Bernice Bonello, Justin Schembri u Julie Zahra .
//= $special ?>