Lokali Parlament

Il-persuni b’diżabbiltà għandhom jingħataw xogħol ta’ dinjità


– Graziella Galea, PN


Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea sostniet fl-Aġġornament tal-Parlament li l-persuni b’diżabbiltà għandhom jingħataw xogħol ta’ dinjità.

Graziella Galea sellmet lil Karl Gouder u tkellmet dwar il-volontarjat u dwar id-diffikultajiet li jsibu persuni b’diżabbiltà biex isibu impjieg jew jibdlu l-impjieg. Jeħtieġ li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom impjieg li jirrispetta d-dinjità tagħhom biex javvanzaw fl-impjieg rispettiv tagħhom. L-impjiegi lill-persuni b’diżabbiltà m’għandhomx jingħataw biss biex il-postijiet tax-xogħol jevitaw il-multi. Dan filwaqt li jeħtieġ li s-saħħa mentali tingħata l-istess prijorità daqs is-saħħa fiżika.

Hi appellat biex il-volontarji tal-festi jkollhom leave għall-kultura jew tnaqqis mit-taxxa bħala inċentiv. Il-volontarjat għandu jkun introdott ukoll fl-iskejjel biex titrawwen kultura pożittiva.

Hi tkellmet ukoll dwar l-inkonvenjent li għandhom ir-residenti tal-Mistra bix-xogħlijiet fil-Mistra Village b’makkinarju li tpoġġa f’nofs ir-residenti u inistiet li dawn l-inkonvinjenti għandhom jitwaqqfu.