Sport

It-tim nazzjonali Malti tal-Beach Soccer jilgħab l-aħħar logħba ta’ kwalifikazzjoni

It-tim nazzjonali Malti tal-Beach Soccer jilgħab l-aħħar logħba ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2025, kontra l-Litwanja, f’Cadiz fi Spanja, f’La Playa de la Victoria.

It-tim Malti mmexxi minn Marco Casarsa f’din il-fażi fi Grupp E, lagħab żewġ partiti oħra fil-ġranet li għaddew fejn tilef 10 – 0 kontra l-Iżvizzera, u 13-2 kontra Franza.

Kontra Franza l-gowls għal Malta kienu skorjati minn Claudio Venuto u Matthew Agius.

L-iskwadra Maltija ta’ Marco Casarsa hija magħmula mill-goalkeepers Brandon Muscat u Jonathan Grech u l-plejers Daryl Micallef, Karl Caruana, Cowlin Debono, Matthew Agius, Saturday Nanapere, Claudio Venuto, Nezar Abuaisha, Giuseppe Barone u Jeremy Cassar.

B’kollox qed jieħdu sehem 21 pajjiż mill-Ewropa f’kompetizzjoni organizzata minn Beach Soccer World Wide.