Mark Anthony Sammut, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut sostna fl-Aġġornament tal-Parlament li jeħtieġ li tittieħed azzjoni dwar problema ta’ rwejjaħ qawwija f’Raħal Ġdid.
Mark Anthony Sammut tkellem dwar din is-sitwazzjoni f’Raħal Ġdid fejn hemm irwejjaħ insapportabbli f’Għajn Dwiel u Ta’ Lourdes. Dawn l-irwejjaħ ġejjin mill-inċeneratur tal-Marsa fejn ikunu proċessati l-karkassi tal-annimali u sktar ieħor industrijali.
Hu qal li fl-2016 kien sar intervent biex jtnaqqsu dawn l-irwejjaħ u fl-2020 l-Wasteserv kienet ħabbret li se jsir intervent ieħor biex ikunu installati filters li swew €4 miljun. Minkejja dan, l-irwejjaħ għadhom hemm iżda l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid kien informat li kienu daħlu biss ħames rapporti ta’ rwejjaħ għand l-ERA. Il-fatti huma li f’inqas minn xahar kien hemm 44 rapport ta’ rwejjaħ li jikkonfermaw li l-problema għadha hemm.
Mark Anthony Sammut staqsa għaliex wara l-interventi kollha, l-irewejjaħ għadhom iseħħu. X’inhuma l-fatturi li qed iwasslu għal dan? Kemm kienu investigati dawn l-irwejjaħ? Il-Wasteserv suppost li tagħti reading tal-emissjonijiet li hemm fiz-zona, skont il-permess iżda l-aħħar reading sar tliet xhur ilu.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa x’garanzija tista’ tagħti l-ERA li suppost qed tirregola s-sitwazzjoni, u qal li sas-sena d-dieħla kellu jkun lest inċineratur ieħor state of the art iżda mhux magħruf jekk il-Gvern hux se jżomm dan il-perjodu għaliex s’issa lanqas hemm il-post u d-data ta’ fejn se jsir l-inċineratur.
Il-komunità ta’ Raħal Ġdid trid garanzija dwar meta se jingħalaq l-inċineratur fil-Marsa, sostna Mark Anthony Sammut, li appella biex jibda jingħata kumpens lir-residenti li qed isorfu minn dan l-inkonvinjent kif sar ma’ komunitajiet oħra f’lokalitajiet oħra.
Mark Anthony Sammut tkellem dwar Triq l-Arkata f’Raħal Ġdid, li hi triq dejqa, li minnha mhux suppost jgħaddu vetturi kbar. Minkejja dan, fl-fatt minn din it-triq qed jgħaddu vetturi kbar b’inkonvinjent kbir għar-resdienti. Dan minkejja li f’din it-triq hemm ukoll l-uffiċċju ta’ Transport Malta; proprju fejn qed isir dan il-kur tar-regoli.
//= $special ?>