Matul il-jum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech laqa’ lill-Ambaxxatur tal-Eġittu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista, fejn iż-żewġ partijiet iddiskutew ir-relazzjonijiet bejn pajjiżna u l-Eġittu.
Fil-laqgħa mal-Ambaxxatur Anis Khaled, ġiet diskussa s-sitwazzjoni li dejjem qed teskala fil-Lvant Nofsani, u l-effetti devastanti li qed tħalli din il-gwerra fuq il-persuni ċivili. Bl-Ambaxxatur Khaled jispjega li għaddejjin diversi taħditiet għall-waqfien immedjat mill-ġlied f’Gaza.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech irringrazzja lill-Ambaxxatur u wera gratiduni għar-relazzjoni tajba li teżisti bejn Malta u l-Eġittu.
Preżenti għal din il-laqgħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien hemm is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Beppe Galea.
//= $special ?>