Darren Carabott, PN
Ix-Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Intern Darren Carabott sostna fil-Parlament li l-Avukat Ġenerali (AĠ) għandu jibgħat messaġġ li f’Malta għandha tirrenja l-liġi.
Darren Carabott qal li fil-funzjoni tal-AĠ għandu jkun hemm persuni b’karattru sod li jwasslu messaġġ li f’Malta l-liġi tirrenja. Kien hemm episodji f’Malta fejn ingħatat l-impressjoni li dan ma kienx qed iseħħ.
Mhux spjegabbli kif l-AĠ għadha fil-kariga meta kien hemm diversi ċirkostanzi; dan hu wkoll messaġġ mill-gvern li għalih kollox jibqa’ għaddej. Il-pajjiż ħaqqu aħjar u dawn iċ-ċirkostanzi qed iwasslu messaġġ li dak li jsir ħażin hu aċċettabbli.
Darren Carabott tkellem dwar il-Korp tal-Pulizija u qal li l-pajjiż jistħoqqlu Kummissarju tal-Pulizija aħjar. Il-pajjiż jista’ jkollu l-aqwa liġi iżda hi l-persuna li tokkupa dak ir-rwol li tagħmel id-differenza, sostna Darren Carabott.
//= $special ?>