Il-Premju Nobel għall-Fiżika ta’ din is-sena ngħata lil żewġ xjenzati, Geoffrey Hinton u John Hopfield, għall-ħidma tagħhom f’qasam magħruf bħala machine learning u li kapaċi jaffettwa l-ħajja ta’ miljuni madwar id-dinja.
Il-konferma ngħatat mill-Akkademja Rjali Żvediża għax-Xjenza, fi Stokkolma,
Il-Professur Hinton, Britanniku-Kanadiż li jafuh ukoll bħala ‘l-Godfather tal-AI (Artificial Intelligence)’ kien irriżenja minn Google fl-2023 waqt li wissa diversi drabi dwar il-perikli assoċjati mal-magni u tagħmir b’intelliġenza superjuri għal tal-bniedem.
Il-‘machine learning’ hu kruċjali għall-AI għaliex fost oħrajn jiżviluppa l-mezzi biex il-kompjuters ‘iħarrġu lilhom infushom’ ħalli jiġġeneraw kull tip ta’ data u informazzjoni.
//= $special ?>