Matthew Magro kien protagonista bl-ewwel post fil-Bulldog Bash fl-Istati Uniti li tat bidu għall-istaġun tal-Bowling.
F’Richmond f’Kentucky, it-tim tal-irġiel SCAD Atlanta fejn jilgħab Matthew Magro, kellu ftuħ mill-aqwa bir-rebħ tal-ewwel kompetizzjoni magħrufa bħala Bulldog Bash.
Tournament mifrux fuq jumejn bejn it-tim mill-Kulleġġ tal-Arti u Disinn ta’ Atlanta temm fl-ewwel post fit-tim event b’ħames plejers bi skor totali ta’ 5,989 punt.
Matthew Magro, li jilgħab ma’ Brunswick Bowling u eks student tal-iskola Nazzjonali tal-Isport, kien strumentali fis-suċċess tat-tim fejn fuq medda ta’ erba’ partiti kiseb total ta’ 843 punt biex rebaħ il-midalja Bulldog tal-ewwel post.
Konferma tal-potenzjal ta’ Magro fl-ewwel fażi tal-istaġun tal-bowling fi ħdan SCAD Atlanta.
//= $special ?>