Jekk il-Partit Laburista verament jemmen li r-rieda tal-Karkariżi għandha tiġi rispettata, kif qal tard ilbieraħ, għandu jassigura li l-kunsillieri eletti f’isem il-Partit Laburista f’Birkirkara jivvutaw biex tilħaq Sindku l-kandidat tal-iktar partit li ġab voti, jiġifieri tal-Partit Nazzjonalista.
Hekk sostnew Chris Said, ix-Shadow Minister għall-Kwalità tal-Ħajja u l-Gvern Lokali; u Charles Bonello, President tal-Kulleġġ Kunsilliera Lokali Partit Nazzjonalista; fi stqarrija fejn komplew jispjegaw li l-kliem għandu jkun segwit mill-azzjoni, inkella r-retorika tkun qiegħda biss tikxef l-ipokrezija tal-Partit Laburista.
Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem biex tkun rispettata r-rieda tal-poplu ta’ Birkirkara u jiżgura li r-riżultat tal-elezzjoni ta’ Ġunju li għadda jkun rifless b’mod ġust fil-tmexxija ta’ Birkirkara, temmew jgħidu Said u Bonello.
//= $special ?>