Lokali

AĠĠORNATA: Norma Saliba tinħatar Kap tal-Kommunikazzjoni tal-PL

Norma Saliba, li ma rnexxilhiex tiġi eletta bħala President tal-Labour, inħatret bħala Kap tal-Komunikazzjoni u Kelliema tal-Partit Laburista.

Saliba se tkun qed tieħu r-rwol li kellu Ronald Vassallo.

Dan wara li hi rriżenjat mit-tmexxija taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti fejn kellha dħul ta’ €72,000.

Saliba kienet baqgħet l-art wara li rebħilha Alex Sciberras b’14-il vot.

Fi kliem il-Ministru Owen Bonnici, Norma Saliba wettqet ħidma tajba immens mhux biss biex jitwaqqaf iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti, iżda anke biex jitwettqu diversi proġetti u inizjattivi favur il-ħarsien u l-promozzjoni tal-lingwa Maltija, b’mod speċjali fost it-tfal, ix-xandara u l-amministrazzjoni pubblika.

Fil-post tagħha nħatret Maris Camilleri bħala Aġent Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti.