Filippin ta’ 33 sena residenti n-Naxxar, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular f’komun ta’
residenza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45am, fi Triq Jean De La Valette, fin-Naxxar.
Fil-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei
għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Anthony Agius Bonnici li fetaħ inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>