L-ammont ta’ persuni li qed jistennew MRI u CT scan jaqbżu n-numri indikati fil-patient charter – dokument li fih jiġbor tmien prinċipji li suppost joffru servizzi tas-saħħa li huma xierqa u siguri għall-pazjent.
Ironikament, dan ġie konfermat mill-Ministru tas-Saħħa JoEtienne Abela, wara mistoqsija parlamentari li saritlu mix-Shadow Minister Graziella Attard Previ.
Fir-risposta tiegħu l-Ministru spjega li bħalissa hemm 158 persuna jistennew għal MRI, filwaqt li hemm 55 persuna tistenna għal CT scan. Fejn tenna li dawn il-persuni ilhom jistennew għal żmien twil – żmien li jaqbeż dak indikat fil-patient charter.
Dan minkejja li l-Gvern invasta madwar €400,000 sabiex isiru – skont l-informazzjoni li pprovda l-Ministru – 3,000 scan żejda ma’ dawk li diġà hemm ippjanati sal-aħħar tas-sena 2024.
Flus li ntefqu wara li Gvern tajjar €400 miljun fid-deal tal-Vitals u Steward – deal iddikjarat mill-Qrati Maltin għal darba darbtejn bħala frawdolenti u li ma sarraf assolutament xejn għas-settur tas-saħħa f’pajjiżna.
Intant, l-Isptar Mater Dei bħalissa qed jopera tliet MRI’s sebat ijiem fil-ġimgħa. Filwaqt li f’Għawdex hemm biss MRI waħda.
Is-Shadow Minister Attard Previ, minn naħa tagħha, staqsiet ukoll dwar il-waiting list li hemm għall-pazjenti li għandhom bżonn knee replaceme, operazzjoni tal-katarretti. Bil-Ministru jispjega li huma aktar minn 1,500 il-pazjenti li qed jistennew sabiex issirlhom knee jew hip replacement.
Apparti minn hekk, hemm 367 pazjent li ilhom jistennew sabiex issirlhom l-operazzjoni tal-katarretti għal aktar ħin minn dak li suppost jistennew.
//= $special ?>